Illum huwa l-jum li fih niċċelebraw l-independent living (il-ħajja indipendenti)
Il-kumitat soċjali tal-ħaddiema tal-kummissjoni tal-persuni b’diżabilità ħadmu fuq inizjattiva żgħira biex iwasslu l-messaġġ tagħhom x’jifhmu biha independent living.
Il-kummissjoni tħaddem kważi 75% tal-ħaddiema li huma persuni b’diżabilità u tista’ tgħid li kull tip ta’ diżabilità għandha preżenza.
Oliver Scicluna f’kumment li ta lil ONE News qal:
Jien ninsab kuntent bħala l-persuna li mmexxi tim daqshekk divers u dinamiku, tim li lili stess jgħallimni kif għandu jkun post tax-xogħol. Fejn kull haddiem huwa responsabli ta’ kull ħaddiem ieħor, persuni b’dizabilita’ u le. Kull persuna tagħmel xoghol li huwa ta’ importanza għax qed jinghata servizz lil ‘il fuq min 18,000 persuna reġistrata mal-kummissjoni, il-fuq min 40 walk in client kuljum u mijiet ta’ telefonati u każijiet li naħdmu fuqhom. Jien nħaddan id-diversità mhux għax jien persuna b’diżabilita’ iżda għax nara tim bħal tiegħi li ħadem u qed jirnexxi. Min imexxi jrid jagħmel l-almu tiegħu biex kull impjegat jingħata ċ-ċans li jaħdem u jiswa. Dan fl-aħħar mil-aħħar iwassal lill-persuna biex tgħix ħajja aktar dinjituża, soċjevoli u indipendenti.