Diversi ġimgħat t’osservazzjoni mill-iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ilbieraħ filgħaxija wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 55 sena u ieħ or ta’ 25 sena, it-tnejn residenti Birkirkara.
Waqt tfittxija li saret fir-residenz a taż-żewġt irġiel, instabu madwar 111kg ta’ sustanza suspettata raża tal-kannabis, lesta sabiex ti ġi ttraffikata.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Vella ġie infurmat bis-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Iż-żewġ persuni qed jinżammu m ill-Pulizija sabiex jgħinu fl-investigazzjoni li għadha għaddejja u ħa jitressqu l-Qorti llum fl-erbgħa quddiem il-Maġistrat Dr C Scerri Herrera LL.D, akkużati bl-assoċjazzjoni fit-traffikar u l-pus sess mhux għall-użu esklussiv tal-istess sustanza.
Ir-raġel ta’ 25 sena se jiġi akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta` proviżorja fuq każ ieħor.
While #parliamentary #opposition in #Malta unjustly criticize the Malta Police, @MaltaPolice carry on giving #positive results in combating #organisedcrime. Busy night for the #Police and #SecurityService. Around 111kg haul of #cannabis resin. Arrests made.
— Michael Farrugia (@dr_micfarr) May 3, 2018