Telaq l-avukat tal-President Donald Trump fil-kawża b’rabta mal-allegazzjoni li kien hemm l-involviment tar-Russja fil-kampanja għall-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti.
Ty Cobb se jkun mibdul ma’ Emmet Flood, li huwa avukat li ddefenda lill-eks President Bill Clinton waqt il-proċeduri kontrih biex jitneħħa mill-poter għoxrin sena ilu.
Is-Segretarju tal-midja tal-White House qalet lil BBC li Cobb kien ilu jikkunsidra li jirtira.
Trump u r-Russja kemm-il darba ċaħdu l-akkużi li kien hemm xi ħidma bejn iż-żewġ naħat.