Żdiedet l-għotja għal sitt skemi li jinċentivaw l-użu ta’ enerġija rinovabbli.
Mit-Tnejn sebgħa ta’ Mejju, l-għotja massima fuq l-iskemi tas-Solar Water Heaters u tal-Heat Pumps, minn erbgħin fil-mija se titla għal ħamsin fil-mija; u minn massimu ta’ erba’ mitt ewro, issa min japplika jista’ jibbenefika sa massimu ta’ seba’ mija.
SOLAR WATER HEATER |
50% FUQ IL-UNIT KOMPLUT SA MASSIMU TA’ €700 |
HEAT PUMP WATER HEATER |
50% FUQ IL-UNIT KOMPLUT SA MASSIMU TA’ €700 |
Fl-iskema tar-Roof Insulation, sa issa wieħed kien jibbenefika minn ħmistax fil-mija, issa din żdiedet għal ħamsin fil-mija. L-għotja wkoll żdiedet; minn massimu ta’ tliet mija u ħamsin ewro għal djar li nbnew wara l-elfejn u sittax, u għal dawk li nbnew qabel l-elfejn u sittax se jkun hemm għotja sa massimu ta’ elf ewro.
ROOF INSULATION |
50% FUQ IL-MATERJAL SA MASSIMU TA’ €350 jew €1000 |
L-istess ser jsir għall-iskema tad-Double Glazing, fejn se jingħata sussidju ta’ ħamsin fil-mija sa massimu ta’ elf ewro fuq il-materjal.
DOUBLE GLAZING |
50% SA MASSIMU TA’ €1000 FUQ IL-MATERJAL |
Għall-iskema tal-Manutenzjoni tal-Bjar se jingħata ħamsin fil-mija sussidju fuq it-tindif, pompa, pajpijiet u tankijiet sa massimu ta’ elf ewro, u anki servizzi tal-perit sa massimu ta’ mitt ewro.
MANUTENZJONI TAL-BJAR |
50% FUQ IT-TINDIF, IL-BATMAR, POMPA, PAJPIJIET, TANKIJIET SA MASSIMU TA’ €1000 U SERVIZZI TAL-PERIT SA MASSIMU TA’ €100 |
Għall-iskema tal-PV Solar Panels li jiġġeneraw l-elettriku għad-dar se jingħata sussidju ta’ ħamsin fil-mija fuq in-nefqa tal-pannelli, inverter u support frame sa massimu ta’ elfejn u tliet mitt ewro.
PV SOLAR PANELS |
50% FUQ IN-NEFQA TAL-PANNELLI, INVERTER U SUPPORT FRAME SA MASSIMU TA’ €2300 |
Dawn l-iskemi qed jiġu amministrati mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma li se jkun qed jilqa’ u jipproċessa l-applikazzjonijiet – li jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit www.rews.org.mt.