Is-Servizz tas-Sigurtà Malti ċaħad kategorikament li kellu xi informazzjoni dwar ħsieb ta’ qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fi stqarrija li ħarġu intqal li mhuwhiex lok li wieħed jgħaddi kummenti spekulattivi u jidħol fil-mertu tal-operazzjonijiet li huma mħarsa minn leġislazzjoni speċifika u b’ obligazzjonijiet stretti dwar informazzjoni.