Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union Josef Bugeja ddikjara li l-Union hija favur l-emendi fil-liġi tal-IVF mressqa mill-Gvern għax temmen li huwa d-dritt ta’ kull bniedem li jkun trattat l-istess. Huwa sostna li fil-problemi tal-infertilita m’għandux ikun hemm distinzjoni bejn min jiflaħ iħallas u min le.
Dan intqal waqt iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-fjuri f-riġlejn il-monument tal-Ħaddiem fl-Msida. Sabiex tfakkar il-75 anniversarju mit-twaqqif tal-Union, il-GWU nediet kampanja favur id-donazzjoni tal-Organi u tad-Demm.
Waqt din iċ-ċerimonja tkellmu wkoll Dr Alex Aquilina, t-tabib inkarigat mic-centru nazzjonali ghat-transfuzzjoni tad-demm fejn qal li din hija inizjattiva sabiħa ħafna ta’ solidarjeta bejn il-ħaddiema.