Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qed tinvestiga każ ta’ gastroenteritis li ġie rraportat dalgħodu.
Jidher li l-ikel kkontaminat ġie kkonsmat waqt sessjoni ta’ taħriġ għat-tobba li sar fl-Isptar Monte Karmeli.
L-ikel kkonsmat ġie ordnat minn kumpanija tal-outside catering. L-ebda pazjent ma kien affettwat.
S’issa hemm seba’ persuni li għandhom sintomi ta’ gastroenteritis.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qiegħed jinvestiga dan il-każ.