Is-Summit tal-Ġimgħa bejn il-mexxejja tal-Korea ta’ Fuq u l-Korea ta’ Isfel, kien deskritt bħala wieħed storiku, li qed iwitti t-triq għall-bidu ta’ era ġdida.
Kim Jong-un u Moon Jae-in qalu li jaħdmu biex flimkien jeqirdu l-użu tal-armi nukleari.
Dan is-Summit naqqax isem Kim Jong-un bħala l-ewwel mexxej tal-Korea ta’ Fuq fl-istorja li rifes l-art tal-Korea ta’ Isfel minn tmiem il-Gwerra Koreana fl-elf disa’ mija u tlieta u ħamsin.