Kampanja ta’ edukazzjoni mill-kumpanija tal-loġistika Express Trailers ser twassal biex jiżdied l-għarfien dwar is-sigurtà fit-toroq ta’ pajjiżna.
Din il-kumpanija, li fi kliem il-ħaddiema tagħha tgawdi rispett kbir fit-toroq Maltin kif ukoll tal-pajjiżi li toffri servizz fihom permezz tat-trakkijiet tagħha, taħdem qatiegħ biex ix-xufiera jaħdmu bl-iżjed mod etiku u sigur.
F’attività li matulha tnediet l-inizjattiva, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Franco Azzopardi stqarr li huma jifhmu li t-trakkijiet tagħhom jistgħu joħolqu xi skumditajiet fit-toroq u għaldaqstant ħassew li għandhom jagħtu sehem attiv fil-komunità li jaħdmu qrib tagħha.
Stqarr li wara li tul is-snin irnexxielu jrawwem mentalità ta’ responsabilità fost ix-xufiera tiegħu, il-ħolma tiegħu hi li kumpaniji oħra jsegwu dan il-pass.
nittamaw li ikun hemm take-up mis-soċjetà li jipprova jirreplika u jieħu xi ħaġa minn dak li qed nagħmlu aħna. Parti mill inizjattiva ser ikun hemm animations, videos u anke visits f’ diversi skejjel. Ġimgħatejn oħra għandna l-ewwel skola.
Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg faħħar lill-kumpanija għall-inizjattiva u għall-impenn tagħhom favur is-sigurtà fit-toroq. Qal li l-Gvern jinsab għaddej b’ħidma ma’ Transport Malta biex jiddaħħlu aktar miżuri li jsaħħu s-sigurta tat-toroq ta’ pajjiżna.