Il-grupp popolari u leġġendarju Svediż ABBA reġgħu ngħaqdu.
Il-kantanti Agnetha, Benny, Björn and Anni-Frid għadhom kemm irrekordjaw mużika ġdida.
Fi stqarrija, il-grupp saħaq li wara 35 sena , ikun mument sabiħ li jerġgħu jingħaqdu u jmorru fi studio jirrekordjaw materjal ġdid.
Fil-fatt, se jinħarġu żewġ kanzunerti ġodda f’Diċembru li ġej 2018 bi stil magħruf imma wkoll modern.