Fil-Polonja għaddejja kontroversja dwar il-qtigħ ta’ siġar mill-foresta Białowieża, hekk kif l-awtoritajiet qed jimmiraw li jneħħu siġar infettati minn parassiti biex isalvaw siġar oħrajn.
Il-Foresta fiha 600 metru kwadru u huwa rikonoxxut mill-UNESCO bħala sit ta’ wirt dinji. Għaqdiet fil-Polonja favur l-ambjent jinsabu rrabbjati minħabba l-fatt li qed jaħsnu li jaqtgħu it-triplu tal-ammont ta’ siġar li normalment jinqatgħu, bħala l-uniku mezz biex siġar li m’humiex qed jiġu attakkati mill-parasiti ikunu protetti.
Nies tal-inħawi huma ta’ opnijoni varjata, min jaqbel mal-ambjentalisti li qed jitolbu li tinstab soluzzjoni oħra, u min jaqbel mal-awtoritajiet li l-unika mezz kif tippreveni l-firxa ta’ iktar parassiti hija li telimna ħafna mill-ambjent. Intant, uffiċċjali mill-UNESCO mistennija jżuru l-foresta fil-ġimgħat li ġejjin biex jinvestigaw l-pjan ta’ azzjoni tal-Gvern Pollakk.