Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tal-kwarta ta’ filgħodu, seħħ impatt bejn żewġ vetturi, fi Triq in-Naxxar, f’San Ġwann.
Mill-investigazzjoni tal-Pulizija li marru fuq il-post, jidher li vettura tat-tip Kia Picanto, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ sittin sena, residenti San Ġwann stess, għamlet impatt ma’ karozza oħra, tat-tip Toyota Vitz.
Il-mara ta’ sittin sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tagħha, għadha mhijiex magħrufa.