Il-leġġenda tal-boxing u eks champions Muhammad Ali miet fl-età ta’ 74 sena wara li fl-aħħar jiem kien rikoverat fl-isptar ta’ Phoenix, fejn kien ikkurat għall-problemi respiratorji.
L-aħbar li kien l-isptar inxterdet b’mod qawwi fil-media fl-aħħar sigħat fejn is-sitwazzjoni ta’ saħħet Ali kienet deskritta mill-ewwel bħala waħda ħażina ħafna u ntqal li l-qraba tiegħu kienu qed iħejju għall-agħar sitwazzjoni.
Però, Bub Gunnel, kelliem għal Ali kien ikkwotat jgħid li l-boxer kien jinsab f’kundizzjoni li mhix daqstant ħażina biex għal bidu xejjen dik li kienet deskritta bħala spekulazzjoni. Saħansitra qal li l-eks boxer ta’ 74 sena m’għandux idum l-isptar. Però fl-aħħar ħinijiet kien l-istess kelliem li kkonferma ma’ NBC news li dak li għal ħafna huwa l-aqwa boxer ta’ kull żmien miet.
Ali li rtira minn fuq ir-ring fl-1981 għex bil-marda tal-Parkinsosn għal diversi diċenji u f’dawn l-aħħar snin mhux l-ewwel darba li kellu jiddaħħal għall-kura.
Fost l-ewwel li kkummentaw fuq il-mewt tiegħu kien hemm Mike Tyson, boxer ieħor ta’ fama kbira. “Goodbye champ. Se nimmisjawk,” kiteb Tyson fil-paġna tiegħu fuq facebook.
Segwi hawn taħt uħud mill-aqwa mumenti ta’ dan l-isportiv li jibqa’ mfakkar għall-mumenti sbieħ ħafna fil-karriera tiegħu.
https://www.youtube.com/watch?v=lk3fAYpSVfk