B investiment ta’ 27- il miljun ewro giet inawgurata fabbrika ġdida fi ħdan id-De La Rue.
Dan hekk kif din il-kumpanija nternazzjonali issa ser tibda tistampa stampi t’ awtentiċità u kif ukoll ċertfikati tad-dwana. Din is-sezzjoni ser tkun qed tħaddem 70 impjegat ieħor u dan in-numru mistenni jkompli jiżdied.
Il-Prim Ministru qal kif tlett snin ilu din il-kumpanija kienet għadejja minn ristrutturar li permezz tiegħu kienet ser tnaqqas il-preżenza tagħha f’Malta kif filfatt għamlet f’ hafna pajjiżi tal-Punent. Iżda għall-kuntrarju f’ Malta din żiedet il-preżenza tagħha bi prospetti sbieħ għal ġejjieni.
Il-Prim Ministru ingħata merħba sabiħa mill-ħaddiema fejn tenna wkoll li xogħlhom hu garantit.