Il-lejl it-tajjeb. Hekk biss kellu xi jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni quddiem sentenza tal-Qorti li kkonfermat kif wieħed mid-deputati tiegħu rċieva rigali mingħand il-protagonist tal-iskandlu taż-żejt.
Meta faqqgħet l-istorja ta kif ħa arloġġ tal-lira mingħand ta’ Farrugia, qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, Tonio Fenech ħassu urtat u fetaħ każ il-qorti. Iżda, din ma tatux raġun.
Riedna nistaqsu lil Simon Busuttil x’se jagħmel issa li b’deċiżjoni tal-qorti għandu shadow minister ieħor li kiser il-kodiċi tal-etika.