Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li qabeż il-baħar bil-konsegwenza li ħabat mal-blat f’bajja f’Marsaxlokk.L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-erbgħa u nofs fil-bajja ta’ Xrobb l-Għaġin, f’Marsaxlokk.
Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlet il-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li Sirjan ta’ 29 sena, sofra xi ġrieħi meta qabeż jgħum u ħabat mal-blat f’qiegħ il-baħar.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.