Żagħżugħ ħelisha ħafif wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u għaxra ta’ dalgħodu fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa meta karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ għoxrin sena miż-Żejtun inqalbet fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa.
Iż-żgħażugħ li kien jidher li qed isoffri minn xokk qawwi ttieħed l-Isptar Mater Dei.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.