Rapport dwar id-drittijiet tal-bniedem f’Malta maħruġ mid-dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti jitkellem b’mod pożittiv dwar il-governanza u l-ħidma effettiva tal-Gvern biex id-drittijiet tal-bniedem jiġu mħarsa.
Ir-rapport jirrimarka għal qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u jgħid li l-awtoritajiet arrestaw tlett persuni li qed jiffaċjaw proċeduri kriminali b’rabta ma’ dan il-qtil.
Ir-rapport li jkopri s-sena li għaddiet jgħid li f’każijiet t’allegazzjonijiet serji, il-Gvern ħa l-passi neċċessarji biex jinvestiga u jipproċedi kontra n-nies involuti, irrispettivament minn liema qasam ġejjin.
The government took steps to investigate, prosecute, and punish officials who committed violations, whether in security services or elsewhere in the government.
Dwar il-korruzzjoni u t-trasparenza, ir-rapport maħruġ mid-dipartiment tal-Gvern Amerikan jistqarr li l-Gvern implimenta l-liġi kontra l-korruzzjoni b’mod effettiv.
The law provides criminal penalties for corruption by officials, and the government generally implemented the law effectively.
Bi kliem ċar daqs il-kristall intqal ukoll li organizazzjonijiet favur id-drittijiet tal-bniedem, kemm dawk lokali u internazzjonali operaw f’pajjiżna mingħajr xkiel jew indħil tal-Gvern.
A variety of domestic and international human rights groups generally operated without government restriction, investigating and publishing their findings on human rights cases.
Ir-rapport imur lil hinn u jgħid li l-awtoritajiet mhux talli ma fixxklux iżda kkoperaw ma’ dawn l-organizazzjonijiet.
Government officials often were cooperative and responsive to their questions and concerns.
Fl-isfond li s-sena l-oħra l-Gvern għolla l-paga minima, dwar is-settur tax-xogħol, ir-rapport jgħid li l-paga minima hija ‘l fuq mil-livell tad-dħul ta’ dawk foqra.
The country has a national weekly minimum wage that was above was the poverty income level. The government effectively enforced the minimum wage.
Ir-rapport iżid jgħid li l-aġenziji tal-Gvern bħal JobPlus effettivament inforza li titħallas il-paga minima u qed jindirizza x-xogħol prekarju.
Ir-rapport jagħmel diversi rimarki pożittivi oħra dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem fosthom dwar l-istituzzjonijiet indipendenti ta’ pajjiżna bħal Qrati.
Jgħid li l-elezzjonijiet f’pajjiżna huma ħielsa u titħaddem il-libertà tal-espressjoni. Nies mexjin