Kumpanija tal-Young Enterprise magħmula minn grupp ta’ studenti tal-Higher Secondary fin-Naxxar se qed jagħtu ħajja ġdida lill-fliexjen użati sabiex jevitaw li jispiċċaw mormija u jiġu riċikklati b’mod inovattiv.
Fost il-prodotti magħmulin minn dawn l-istudenti hemm qsari zagħar li huma magħmulin mil-biċċa t’isfel tal-flixkun filwaqt li n-nofs ta’ fuq qed ikun riċiklat u qed jiġi użat bħala post fejn tpoġġi x-xemgħa.
L-għan ewlieni ta’ din il-kumpanija huwa li tinħoloq aktar kuxjenza dwar ir-riċiklaġġ hekk kif bħalissa pajjiżna għadu qed jara rati relattivament baxxi ta’ riċiklaġġ meta kkumparat ma pajjiżi oħra Ewropej.L-isem li intagħżel għal din il-kumpanija huwa Samsara. Samsara hija kelma li oriġinat mill-Hindu u tfisser il-kontinwazzjoni wara t-tmiem tal-ħajja materjali. Għalekk it-tema tar-riċiklaġġ abbinat sew ma din il-frażi.
Dawn l-istudenti qed jiġu mmexxija mill-għalliema tal-Marketing, Marouska Vella u minn Loraine Zammit li hija manaġer ġo bank lokali.
Għal aktar informazzjoni dwar Samsara u l-prodotti tagħhom wieħed jista’ jikkuntatjahom permezz tal-Facebook jew fuq is-sit www.samsaramalta.ml . Parti mill-flus li qed jinġabru mill-prodotti mibjugħa se jkunu qed jintużaw sabiex jinxtara apparat apposta li se jkun użat waqt il-clean ups użati mill-Malta Clean Up.