Żejtuni ta’ 41 sena li kien impjegat bħala xufier mal-Arriva ġie ordnat jirritorna €5,800.
John Mary Bonavia li kien impjeġat mal-kumpanija f’Lulju tas-sena 2011, ammetta li f’Diċembru tal-istess sena u fix-xhur ta’ qabel żam għalih ħlassijiet li saru mill-passiġġieri. Huwa qal li għamel hekk għax jieħu ħsieb il-ġenituri tiegħu. Il-Maġistrat qalet li għalkemm l-akkużat m’għandux kondotta nadifa għandu jingħata ċans ieħor. Minkejja dan il-Qorti ordnat lil Bonavia biex jirritorna l-flus lura fi żmien sentejn u poġġietu wkoll fuq probation għal tliet snin.