Is-60-siegħa Maratona tal-Futbol u Volleyball, b’risq Puttinu Cares, se ssir bejn it-18 u l-20 ta’ Mejju 2018 fil-Marsa Sports Grounds. Int u sħabek tistgħu tilaghbu loghba futbol għal Puttinu!
Il-kick-off jingħata l-Ġimgħa fl-10am minn Nigel, tifel ckejken li għadu kif għamel heart transplant, u li tant ihobb il-futbol!
Il-logħob jintemm il-Ħadd fl-10pm.
Il-bookings jinsabu miftuħin: ibbukkja l-pitch tiegħek billi ċċempel fuq 79647948 jew 79707318, jew ibghat email fuq football@puttinucares.org
Għal aktar dettalji, żur is-sit http://footballmarathon.puttinucares.org