Tnhieda r-reġistru nazzjonali għall-prodotti tradizzjonali. Reġistru li fih se jiġu reġistrati prodotti tradizzjonali Maltin.
Prodotti bħal ikel , frott u ħxejjex li biex jiġu rikonoxxuti fir-reġistru nazzjonali irid ikun ilhom ħamsa u għoxrin sena jintuzaw lokalment u jistgħu jkomplu jintirdu minn ġenerazzjoni għall-oħra.
Marco Dimech mid-direttorat tal-agrikultrua spjega x’tip ta’ ikel jista jitnizzel fir-reġistru nazzjonali.
Il-bambinelli, frott li tikber kwazi hawn Malta biss. U Hemm prodotti oħra bħat-tadam imqaded.
F’konferenza tal-aħbarijiet ħabbar li se jitwaqqaf bord li jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jekk prodott għandux jitnizzel fir-reġistru nazzjonali.
Wara li l-bord jgħaddi l-ħsibijiet tiegħu, il-prodott jgħaddi għall-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika.
Ladarba, prodott jitnizzel fir-reġistru nazzjonali, prodott se jiġi rikonoxxut kemm f’Malta kif ukoll fuq livell Ewropew.
Is-segretarju parlamentari għall-biedja Clint Camilleri qal li l-gvern jemmen fil-prodotti maltin u għandu ikompli jgħin lill-bdiewa u r-raħħala maltin.
Żied li l-Gvern huwa impenjat li jagħmel riforma fil-Pitkalija ta’ Ta Qali sabiex il-bdiewa ikollhom futur aħjar.
Aktar dettalji dwar ir-reġistru nazzjonali għall-prodotti tradizzjonali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit ikeltakwalita.gov.mt . (https://agriculture.gov.mt/en/ikeltakwalita/Pages/Home.aspx )