Christabelle kantant fil-bini tal-Parlament Ingliż, il-House of Commons ġewwa Londra.
L-ambaxxatriċi Maltija għall-Eurovision Song Contest li ġej qed twassal messaġġ dwar l-isfidi li jiffaċċjaw persuni b’diffikultajiet fis-saħħa mentali. Filfatt il-kanzunetta Taboo laqtet l-għajn tal-avveniment ‘Girls in Emergencies u stiednu lil kantanta Maltija biex tinterpreta l-kanzunetta tagħha.
Hija kantat verżjoni akustika flimkien ma’ kitarrist.
Christabelle kellha wkoll laqgħa mas-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth Boris Johnson.
L-avveniment fil-binja tal-Parlament Ingliż sar bħala parti mill-Global Citizen Forum tal-Commonwealth.