Fl-età ta’ tnejn u disgħin sena, tħabbret il-mewt ta’ Barbara Bush – il-mara tal-President Emeritus tal-Istati Uniti.
Hija serviet bħala figura matriarka tal-politika fl-Amerka tul ħajjitha, li kienet tinkludi żewġ Presidenti Amerikani – żewġha George HW Bush u binha George W Bush.
Barbara Bush serviet bħala l-first lady tal-Amerka bejn l-elf disa’ mija disgħa u tmenin u l-elf disa’ mija tlieta u disgħin.
Kienu ħafna l-messaġġi ta’ dispjaċir għall-aħbar ta’ mewtha li bdew jinxterdu fil-midja soċjali, fosthom dak ta’ binha, l-eks President tal-Amerka li serva lil pajjiżu għal żewġ termini bħala t-tlieta u erbgħin President tal-Istati Uniti.
Filwaqt li esprima dieqa għall-aħbar tat-telfa t’ommu, stqarr li issa hu u familtu jinsabu mistrieħa li ommu m’għadhiex qed tbati.
Iddeskriviha bħala mara li qasmet imħabbitha ma’ miljuni ta’ persuni.