Raġel ta’ 35 sena minn Ħad-Dingli qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ fuqu xi ħadid waqt li kien qed jagħmel xogħol fuq vapur.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar fil-Laboratory Wharf f’Raħal Ġdid.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew fuq il-post, filwaqt li ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei. Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.