Anzjan ta’ 69 sena minn Raħal Ġdid qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni.
L-inċident seħħ it-Tlieta filgħodu għall-ħabta tal-ħdax u għoxrin f’garaxx fi Triq Victor Denaro fl-Imsida.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, l-anzjan ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom għaddejjin.