Il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar tagħmel referenza fi stqarrija li ppublikat għat-titlu tal-artiklu fil-gazzetta The Sunday Times of Malta, ‘Farmers asked to sell land to grow cannabis’. Il-Ministeru ħareġ stqarrija sabiex jikklarifika in l-affari.
Il-leġislazzjoni għall-produzzjoni ta’ kannabis mediċinali tipprovdi li l-produzzjoni u kultivazzjoni relatata jistgħu jseħħu biss f’żoni industrijali sikuri u taħt kundizzjonijiet apposta. L-ebda produzzjoni jew kultivazzjoni ser jiġi permess jew liċenzjat barra minn dawn iż-żoni.
Il-Ministeru jistqarr li l-allegazzjoni li xerrejja qed javviċinaw bdiewa sabiex ibiegħu arthom ħalli tintuża’ għal kultivazzjoni hija kompletament qarrieqa. Skont il-leġislazzjoni l-ebda produzzjoni mhux ser isseħħ barra minn dawn iż-żoni stipulati.