Circus. Hekk kienet deskritta mis-sorsi tal-MaltaToday laqgħa tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, li ddiskutiet l-emendi proposti għal-liġi tal-IVF; bil-gazzetta tirraporta li għal darb oħra, il-Partit Nazzjonalista jinsab maqsum.
Skont ir-rapport fil-gazzetta, il-membri kienu maqsuma minn nofs fost dawk favur l-emendi u dawk kontra.
Fost l-ikar voċiferi mill-grupp kontra kien hemm Edwin Vassallo, Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina.
Kien irraportat li l-Kap Nazzjonalista, Adrian Delia, pprova jilħaq xi tip ta’ kompromess bejn iż-żewġ fazzjonijiet. Iżda, għal darb oħra, falla.
Nies bħal Vassallo u Fenech Adami, fost l-oħrajn, kienu fil-mira tal-kritika ta’ uffiċjali u deputati oħra li qalulhom li jridu jżommu lill-Partit fl-imgħoddi.
Saħansitra tkellmu kif ir-rebħa kbira li kiser il-Partit fl-aħħar elezzjoni ġenerali hija prova ta’ kemm il-poplu sar iħaddan twemmin konservattiv.
Jirriżulta li quddiem dan in-nuqqas ta’ ftehim, Edwin Vassallo u l-grupp ta’ madwaru, iddeċidew li jitilqu għal rashom u se jorganizzaw protesti fit-toroq kontra l-Gvern.
Fost l-oħrajn, Vassallo kritika l-fatt li din il-liġi tati l-ugwaljanza lill-koppji omosesswali.
Fl-aħħar sigħat, esperti ddeskrivew din il-liġi bħala waħda bżonnjuża li tgħin ukoll koppji infertili, u mhux omosesswali biss, li ma setax ikollhom tfal bil-liġi kif kienet.
Oħrajn argument li għalkemm sar pass kbir ’il quddiem, xtaqu bidliet aktar radikali.
Bil-Gvern jieħu pożizzjoni ċara favur dak li għandu mandat elettorali għalih.