Matul il-lejl l-Istati Uniti flimkien ma żewġ allejati oħra tagħha; l-Ingilterra u Franza bbumbardjaw tliet siti Sirjani viċin il-kapitali Damasku.
Dan l-attakk sar b’reazjoni ghall-attakk kimiku li ħalla għexieren ta’ persuni mejta u mijiet oħra midruba ftit tal-jiem ilu mill-reġim ta’ Bashar al Assad.
F’diskors mill-White House l-President Amerikan Donald Trump qal li l-Istati Uniti mistennija issostni dawn l-atakki sakemm ir-reġim Sirjan jieqaf juża l-armi kimiċi.
https://www.facebook.com/cnn/videos/10158243063151509/
Dikjarazzjoni tal-President Amerikan, Donald Trump
Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li erbgħa ajruplani tay-tip Tornado atakkaw maħżen kbir fejn allegatament kienu jinżammu dawn l-armi. Filwaqt li l-President Franċiż Emanuel Macron saħaq li huwa ordna dan l-attakk hekk kif ir-reġim Sirjan qabeż kull limitu.
Dikjarazzjoni tal-PM Ingliż, Theresa May
Décollage, cette nuit, des forces armées françaises qui interviennent contre l’arsenal chimique clandestin du régime syrien. Déclaration du Président de la République @EmmanuelMacron : https://t.co/HNSK0FmZIO pic.twitter.com/DEAW7R50aC
— Élysée (@Elysee) April 14, 2018
Filmat tal-ajruplani Franċiżi itiru lejn l-offensiva
Intant, b’reazzjoni għal dan ir-Russja qalet li dawn l-atakki huma nsult għal-President Russu Vladimir Putin u saħqet li provokazzjoni bħal din żgur se jkollha konsegwenzi. Kif mistenni waqt l-atakki skstemi tad-difiża Russi kienu użati f’Damasku sabiex jintercettaw il-missili sparati mill-allejati.
Statement by the Ambassador Antonov on the strikes on #Syria:
A pre-designed scenario is being implemented. Again, we are being threatened. We warned that such actions will not be left without consequences.
All responsibility for them rests with Washington, London and Paris. pic.twitter.com/QEmWEffUzx— Russian Embassy in USA 🇷🇺 (@RusEmbUSA) April 14, 2018
Is-Sibt filgħodu eluf ta’ Sirjani li jisimpatiżżaw mar-reġim ta’ Bashar al Assad ħarġu fit-toroq ta’ Damasku jipprotestaw kontra dawn l-atakki tal-Amerikani, Ingliżi u Franċiżi.