Jumejn qabel Jum l-Ambjent, il-Ministru Jose Herrera żar l-uffiċini tal-għaqda ambjentali Birdlife u r-riżerva naturali Simar, fejn ltaqa’ mal-volontiera.
Hawn tħabbar li nhar il-Ħadd li ġej, meta madwar id-dinja titfakkar l-importanza li jkun imħares l-ambjent, se ssir attività għall-familja kollha fl-Għammieri bejn id-9:30 u s-13:00.
Il-volontiera spjegaw ix-xogħol li jagħmlu fi ħdan Birdlife, li ilha mwaqqfa aktar minn 50 sena. Il-Ministru ferħilhom għall-istorja ta’ suċċess u għal mod li bih irnexielhom iqajmu kuxjenza dwar il-protezzjoni tal-ispeċi f’Malta.