Jitnieda eżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika dwar ir-rilokazzjoni tal-Monument tas-Sette Giugno li b’mod temporanju jinsab fil-ġnien ta’ Hastings fil-Belt Valletta.
ll-fehmiet dwar fejn il-monument għandu jitqiegħed ivarjaw. Fl-aħħar ċerimonja ta’ tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia qabel li l-monument għandu jitneħħa mill-post temporanju u jitqiegħed quddiem il-Parlament.
L-eżerċizzju tal-konsultazzjoni pubblika tnieda mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, flimkien maċ-ċermen tal-GHRC Stefan Zrinzo Azzopardi. Il-monument ifakkar il-ġrajiet li seħħew f’pajjiżna nhar is-7 ta’ Ġunju tal-1919. Waqt id-dimostrazzjonijiet ta’ protesta kontra l-Gvern Ingliż erba’ Maltin inqatl minn suldati Ingliżi.
Int fejn taħeb li għandu jkun? Ikkumenta!