Għar-4 sena se jittella’ l-Valletta Green Festival, li din is-sena se jittella’ bejn it-3 u s-6 ta’ Mejju.
Avveniment annwali li fl-okkażjoni ta’ Valletta 2018 se jkun l-ikbar li qatt kien s’issa.
Fil-fatt l-infjorata sinonima ma’ dan il-festival se tkun ta’ 1000 metru kwadru; id-doppju ta’ li kienet dik tas-sena li għaddiet. Infjorata li b’differenza tal-imgħoddi, in-nies se tkun tista’ tidħol fiha.
Infjorata li se tkun magħmula minn madwar 150,000 xitla.
Barra minn hekk, flimkien mal-Monasteru ta’ Santa Katerina u l-Palazz tal-Arċisqof, din is-sena se jinfetħu wkoll il-bejt tal-Main Guard, fejn se jkun hemm prototip ta’ roof garden, u veduta mill-isbaħ tal-infjorata, kif ukoll se jinfetħu l-ġonna ta’ Santu Wistin u San Duminku.
Dan flimkien ma’ sorpriża marbuta mal-Palazz tal-Arċisqof. Sorpriża li se titħabbar iżjed ‘il quddiem.
Ir-roof garden