Dalgħodu qed jittella’ l-Etiopia Investment and Business Forum fil-Ministeru għall-Promozzjoni, għall-Kummerc u Affarjiet Barranin.
Matulu, l Ministru Carmelo Abela qal li hemm lok għal investiment bejn iż-żewġ pajjiżi, u qed isiru diskussjonijiet għal negozju. Qal li kulma jmur pajjiżi Afrikani qed iżidu l-kummerċ ma’ pajjiżi barra l-Afrika, u Malta hija għażla naturali. Dan minħabba s-suċċessi ekonomiċi li qed jikseb pajjiżna.
Dan filwaqt li identifika l-immigrazzjoni bħala problema li trid tiġi solvuta.