F’laqgħa bilaterali bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Carmelo Abela u dak tal-Montenegro Srdan Darmanovic ġie diskuss kif ir-relazzjoni bilaterali bejn iż-żewġt pajjiżi tista’ titjieb f’għadd t’oqsma.
Fost dawn l-oqsma ġew diskussi l-Kultura, it-turiżmu, l-isport u l-kummerċ u is-saħħa.
Fuq l-aġenda tad-diskussjoni kien hemm ukoll diskussjonijiet dwar possibiltajiet biex ħaddiema mill-Montenegro jagħżlu Malta biex jaħdmu u jiprattikaw il-professjoni tagħhom.
Fir-rigward tal-proġett li l-EneMalta għanda sehem fih fil-Montenegro, dak li jinbnew għadd ta’ windfarms fin-naħa t’isfel tal-pajjiż, il-Ministru Carmelo Abela stqarr li dan kien pass importanti ħafna għal pajjiżna u għall-EneMalta speċjalment meta wieħed jikkunsidra li sa inqas minn ħames snin ilu, din kienet kumpanija b’dejn sostanzjali u problemi kbar. Abela ddeskriva dan l-investiment bħala testimonjanza għal dan il Gvern ta’ kemm l-Enemalta qiegħda f’pożizzjoni b’saħħitha tant li qed tinvesti f’pajjiżi oħra.
Meta mistoqsi dwar possibiltajiet ta’ titjiriet diretti bejn Malta u Montenegro, il-Ministru Abela stqarr li din kienet waħda mill-affarijiet diskussi u stqarr li ż-żewgt pajjiżi qed jaraw possibiltajiet biex titjiriet diretti jservu ta’ link bejn iż-żewġt pajjiżi u pajjiżi oħra qrib il-Montenegro.