Għadd ta’ persuni huma maħsuba mejta wara li ġġarraf ajruplan militari fl-Alġerija.
Aġenziji tal-aħbarijiet tal-pajjiż qalu li huwa maħsub li hemm aktar minn 250 suldat li tilfu ħajjithom.
Erbatax-il ambulanza jinsabu fuq il-post fejn qed jieħu lil dawk midruba l-isptar.
L-inċident seħħ dalgħodu fl-ajruport militari ta’ Boufarik f’bażi tal-ajru biswit il-kapitali Algiers.
Erba’ snin ilu, inċident simili b’ajruplan militari bis-suldati u qrabathom abbord iġġarraf u ħalla sebgħa u sebgħin persuna bla ħajja.