Instab ħaj tifel Ġappuniż li tħalla waħdu ġewwa foresta mill-ġenituri tiegħu stess bħala kastig.Yamato Tanooka għandu seba’ snin u nstab ħdejn binja militari, ftit kilometri biss bod minn fejn tħalla.
Il-ġenituri tiegħu għall-ewwel insistew li t-tifel intilef, iżda wara ammettew li ħallewħ hemm għal ftit għax kien imqareb. Missieru talab skuża lill-ibnu u lil min salva lill-ibnu, u ammetta “eżaġerajna”.
“Il-miżura eċċessiva tiegħu ġiegħlet lill-ibni jsofri” qal il-missier f’konferenza tal-aħbarijiet emozzjonali barra l-isptar fejn it-tifel qed jiġi eżaminat.