British Gas ħabbret zieda ta’ 5.5% fil-fjuwil fl-Ingilterra, din hija l-kumpanija ewlenija li tipprovdi l-Enerġija fir-Renju Unit.
Filfatt din iż-żieda ser tafettwa lill-4.1 miljun familja Ingliza, u ser tfisser żieda ta’ 60 sterlina f’ sena.
Il-kumpanija qalet li dawn il-prezzijiet qegħdin jiżdiedu minħabba żieda fl-ispejjeż tal-bejgħ, hi kompliet tgħid li kien il-Gvern Ingliż li qed jitfa’ l-piż ta’ din iż-żieda fuq il-familji.
Apparti minn hekk iż-żieda ġejja wkoll mill-fatt li l-Politika tal-Gvern li jitrasforma s-sistema tal-enerġija għal waħda iktar rinovabbli, qed titfa’ l-piż fuq il-kontijiet taċ-ċittadini ingliżi.
Filfatt il-Kumpanija appellat sabiex il-Gvern jikkunsidra li jitfa’ dawn l-ispejjeż f’ sistema ta’ tassazjoni tkun anqas piż għaċ-ċittadini.