Esplora ġie magħżul mill-Kummissjoni Ewropea bħala wieħed mill-proġetti emblematiċi fl-egħluq it- tletin anniversarju tal-Politika ta’ Koeżjoni. Esplora ser ikun esebit bħala parti minn wirja li ser titmexxa mill-Kummissjoni Ewropea fi Brussell flimkien ma’ stati membri oħra.
Esplora fetaħ il-bibien tiegħu għal-pubbliku Il-Ġimgħa 28 t’ Ottubru 2016. Dan il-proġett li kien l-ewwel tax-xorta tiegħu f’Malta, Ir-rinovażżjoni li saret fuq l-eks sptar ta’ Bighi fil-Kalkara ra lil dan il-bini storiku, jieħu l-ħajja mil-ġdid.
Il-proġett ħa madwar tlett snin sabiex jitlesta b’investiment ta’ €26 miljun; b’€14.5 miljun mill-fondi ġew mill-Fond Ewropew għall-iżvilupp Reġjonali. Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, l-Onor. Silvio Schembri esprima s-sodisfazzjon tiegħu fir-rigward ta’ dan is-suċċess.
Filwaqt li rringrazzja lic-Ċerman ta’ l-MCST Jeffrey Pullicino Orlando u l-istaff għax-xogħol siewi tagħhom qal: ‘L-Esplora huwa eżempju monumentali ta’ kif wieħed jagħmel użu eċċellenti milll-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea filwaqt li wieħed jinvesti fil ġid tas-soċjeta’. Mill-inawgurazzjoni ‘l hawn, Esplora inbidel f’ċentru li jmexxi l-innovazzjoni, ir-riċerka u jagħti lill-istudenti esperjenza prattika dwar l-opportunitajiet li x-xjenza toffri f’ambjent li jħeġġeġ il-ħsieb kreattiv. ”
Barra dan, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali, Dr Aaron Farrugia stqarr li Esplora huwa eżempju eċċellenti ta’ kif Fondi ta’ l-UE għandhom jiġu investiti fi proġetti li jiggarantixxu futur aħjar għal-ġenerazzjoni li jmiss. “Huwa l-ewwel proġett ta’ dan it-tip f’Malta li wera li huwa popolari ħafna kemm mat-tfal kif ukoll ma l-eluf ta’ ġenituri li żaru ċ-ċentru minn meta fetaħ.