Il-ministru għall-affarijiet barranin Russu, Sergei Lavrov qal li ma nstabet l-ebda evidenza ta’ attakk b’armi kimiċi fil-belt Sirjana miżmuma mir-ribelli, Douma. Sorsi qalu li għexieren inqatlu fl-allegat attakk tas-Sibt iżda n-numri sa issa għadhom impossibli li jiġu vverifikati.
L-Istati Uniti u Franza heddew b’rispons konġunt qawwi għall-allegat attakk, bil-kunsill għas-sigurta tan-nazzjonijiet magħquda mistenni jiddiskuti l-allegazzjonijiet aktar tard.