Ix-xufier tat-trakk li ftit tal-ġimgħat ilu kien imressaq il-Qorti akkużat b’sewqan perikoluż inagħta sentenza ta’ 18-il xahar ħabs u tilef id-depożitu ta’ €20,000 hekk kif issa nqabad isuq mutur mhux liċenzjat fit-toroq ta’ Ħal-Qormi.
Marius Camilleri, kiser il-liberta proviżorja li kienet inagħtatlu ftit tax-xhur ilu mil-istess Qorti li pprojbixxietu milli jsuq aktar wara sensiela ta’ kontravenzjonijiet waqt li kien qed jagħmel użu minn trakk mhux liċenzjat.
Viżibilment emozzjonat, Camilleri spjega kif huwa ħareġ isuq bil-mutur għax kellu siequ tuġgħu u ma kienx se jlaħħaq imur jiffirma fl-għassa ta’ Ħal-Qormi. Kien hawn fejn huwa ġie nnutat isuq l-iscooter tal-għamla Agility 125 fit-toroq ta’ Ħal-Qormi minn żewġ Pulizija tat-Traffiku li waqqfuħ u arrestawh.
Camilleri ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih għalekk il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella sabitu ħati u ordnat sentenza effettiva ta’ sittax-il xahar ħabs kif ukoll ordnat il-konfiskazzjoni tad-depożitu ta’ €20,000 li kien ħallas sabiex ħa l-libertà proviżorja.