Malta rebħat midalja tal-bronż fil-lawnbowls tan-nisa fil-logħob tal-Commonwealth fil-Gold Coast ġewwa l-Awstralja. It-tim tan-nisa Malti għeleb lit-tim Kanadiż bil-punteġġ ta’ 17-8.
Malta għamlet id-debutt tagħha fil-logħob tal-Commonwealth fl-1958 ġewwa Cardiff u fit-tnax-il edizzjoni li ħadet sehem fihom rebħet erba medalji fid-dixxiplini tal-judo u l-isparar.