Aaron Ritchie, ġuvni ta’ 34 sena mwieled l-Ingilterra u li jgħix Raħal Ġdid inżamm arrestat u ġie ordnat għajnuna psikjatrika wara li daħal f’ħanut f’ Raħal Ġdid mgħammad u b’mus f’idu biex jagħmel ċajta fuq il-ħaddiema.
Fil-Qorti ġie stabbilit mill-prosekuzzjoni li nhar is-7 ta’ April ta’ din is-sena, Ritchie daħal fil-ħanut tal-merċa mgħammad b’ t-shirt ma’ rasu u b’mus f’idu u talab xi flus lill-kaxxiera. Il-prosekuzzjoni kompliet tispjega li b’reazzjoni għall dan, il-kaxxiera ma rritaljatx u hekk kif ra hekk, Ritchie neħħa l-mgħammad u qalilhom li kien ċajta.
Hawn Aaron qal li hu għamillhom ċajta għaliex kien ilu iżjed minn tletin sena jixtri minn dan il-ħanut.
Id-difiża tal-għajnuna legali u l-prosekuzzjoni qablu li Aaron volontarjament wera x-xewqa li jirrisjedi ruħu fl-isptar Monte Karmeli u jagħmel bidla minn ħajtu tant li tul l-aħħar ġimgħa kien qed jagħmel xi preparamenti għall dan.
Quddiem il-Qorti, l-prosekuzzjoni akkużat lill Aaron li wettaq fastidju u molestazzjoni fil-ħanut tal-merċa, li wettaq biża fl-istess fond u li fis-7 ta’ April daħal bil-ħsieb li jisraq.
Hawn Aaron wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud ordnat li Ritchie jinżamm arrestat u nnominat psikjatra tal-fiduċja tal-istess qorti biex jezamina u jagħti l-attenzjoni medika meħtieġa.