Emma Muscat, it-tfajla Maltija li kkompetiet fl-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Amici u wara li għelbet diversi sfidi, il-bieraħ waslet fil-finali.
Fl-edizzjoni tal-bieraħ, Emma waslet sat-tieni fażi tal-programm. Sfortunatament ma waslitx sat-tielet fażi minħabba l-fatt li l-kriterji ta’ din il-fażi jitolbu li t-tim kollhu jiġbor ammont sostanzjali ta’ voti mill-pubbliku.
Iżda din is-sitwazzjoni m’għalqitx il-bieb t’ Amici għal Emma, hekk kif hi ntgħażlet biex tkompli fil-fażi li jmiss tal-programm. Fażi li twassal biex jekk Emma tagħmel il-vjaġġ kollhu, tiġi klassifikata mal-aqwa tlett kantanti ta’ Amici għall din is-sena.
Emma tfajla mwielda fil-mużika hekk kif minn ta’ eta żgħira kienet ddoqq il-pjanu u tkanta tant li llum għanda diversi kwalifiċi fil-mużika. Qabel daħlet f’din il-kompetizzjoni prestiġjuża, Muscat għamlet isem lill pajjiżna f’ diversi pajjiżi fosthom Ruma u Londra.