Għall-ħabta tas-14:30, seħħet serqa fi Triq il-Kulleġġ, ir-Rabat.
Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad, kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 19-il sena residenti l-Mdina .
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Vella , ġie infurmat b’dan il-każ u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.