Tmienja u tmenin kapsula ta’ kokaina instabu moħbija fis-suffett ta’ kamra f’lukanda f’Tas-Sliema.
Dan intqal fil-qorti, hekk kif semgħet il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-konfront ta’ Gerson Abiaka, Franċiż ta’ tlieta u tletin sena akkużat bi traffikar ta’ droga. Abiaka ċaħad li kellu d-droga u qal lill-pulizija li huwa kien f’Malta għal brejk qasir wara li kellu problemi ma’ tal-familja, b’din kienet it-tielet żjara tiegħu f’Malta.
Il-qorti kienet infurmata wkoll li r-raġel irrifjuta li jagħti l-passwords tal-mowbajl lill-pulzija u anke l-marki tas-swaba tiegħu meta kien arrestat.
Wieħed mill-uffiċjali tal-pulizija li arrestawh qal lill-Qorti li idejn u saqajn l-akkużat bdew jirtogħodumalli nstabet id-droga.
Il-każ se jkompli jinstema t-Tlieta li ġej.