It-tim Malta magħmul minn Matthew Asciak, Omar Sudzuka, Denzil Agius u Matthew Cassar Torreggiani u l-captain John Sciberras rebaħ lit-tim (seed No. 1) ta’ Moldova illum ġewwa Montenegro 2-1. Malta il-bieraħ rebħet lil Kosovo 3-0.
Fl-ewel logħba Omar Suzuka tilef kontra Maxim Bulat, 6/2, 6/1, iżda l-plejer numru wiehed ta’ Malta Matthew Asciak lagħab waħda mill-ahjar loghbiet bi prestazzjoni eccellenti u rebaħ lil Alexander Vitcov 6/1, 6/2.
Fil-logħba deċiżiva Asciak u Sudzuka lagħbu kontra Dontu Vasilii u Eqgor Matvievici fejn mill-ewwel rebħu s-service ta’ l-avversarji u żammew is-service tagħhom fejn rebħu l-istess set 6/3.
Fit-tieni set Malta reġgħet kisret is-service ta’ l-avversarji fl-ewwel logħba, u b’vantaġġ tajjeb spiċċaw rebħu l-logħba 6/2.
Din hija l-ewwel darba li t-tim Malti rebaħ lill-aversarji l-aktar kwotati ta’ Moldova.
Ghada Malta tilgħab kontra Lichtenstein għar-rebħ tal-grupp.