Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), il-prodott hawn taħt imsemmi m’għandux jiġi miftuħ jekk ma jkollux il-valv fil-qiegħ tal-landa hekk kif muri fir-ritratti. Dan peress li jekk ma fihx valv, il-bott jista’ jfaqqa’ b’konsegwenza li jista’ jkun ta’ periklu għall-konsumatur.
Isem tal-Prodott: Caffe’ in Grani
Ditta: illy
Tipi: Il-Varjetajiet kollha ta’ 250g
Data tad-Durabbilità: Mill-02/10/2019 sa 13/02/2020
Data ta’ Produzzjoni: 23/10/2017 (code 3365) u 16/11/2017 (code 6943)
Użin: 250g
Il-Kumpanija nvoluta ma sabet l-ebda landa difettuża fl-imħażen tagħha u lanqas fil-ħwienet, però peress li parti mill-konsenja laħqet inbiegħet lill-konsumatur, id-direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook: https://www.facebook.com/pages/Environmental-HealthDirectorateMalta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq: https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/Pages/Rapid-Alert-System-for-Food-and-Feed.aspx għal informazzjoni simili.