Il-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma fi stqarrija li ħarġet tixtieq tinfurma lil pubbliku li sfortunatament reġgħet ġiet kkaġunata ħsara f’punt kruċjali tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma.
Il-ħaddiema tal- korporazzjoni qed jagħmlu dak kollu possibli biex jillimitaw l-inkonvenjent lil pubbliku.
Madankollu residenti tal-Hamrun u l-Marsa għandhom jesperjenzaw qtugh fil-provvista tal-ilma.
Qed isir xoghol biex jitwassal l-ilma b’mod temporanju minn sistemi fil-vicin. Aktar dettalji ser jingħataw fil-ħin li ġej.
Kull minn għandu bżonn assistenza jista’ jċempel fuq freephone: 80076400
Il-Korporazzjoni tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.