Nhar il-Ħadd li ġej, il-Kummissjoni Nar fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Beland taż-Żejtun se torganizza “Beland Motor Show”. Wirja vasta ta’ vetturi u muturi, li tinkludi karozzi tal-linja antiki, karozzi moderni u klassici, trakkijiet Amerikani u Ewropej kif ukoll Dragster.
Se jkun esebit ukoll limousine double decker uniku tax-xorta tiegħu f’Malta.
Dan l-avveniment se jittella’ fil-Pjazza Karlu Diacano (il-venda) fiż-Żejtun bejn l-10:30 u s-14:30. Din l-attività qed tittella’ b’risq ALS Malta. F’din l-attività se jkun hemm bosta stands b’affarijiet dekorattivi għad-djar u kejkijiet b’risq l-istess fondazzjoni.
Sidien ta’ vetturi li jixtiequ jipparteċipaw huma ġentilment mitluba li jċemplu fuq 7925 0002.