Il-bajja tal-Mellieħa se tibda’ tkun aċċessibli għal persuni b’diżabilità. Dan grazzi għal passaġġi bħal dak li jidher f’din l-istampa.
Il-Viċi Sindku tal-Mellieħa stqarr li wara snin ta’ wiegħdiet li fihom qatt ma sar xejn, issa sar sforz bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità u l-Kunsill Lokali.
“Is-Sajf tal-2016 se jibqa’ magħruf bħala wieħed li fih kulħadd se jkun jista’ jaċċessa l-bajja” qal Bartolo fuq Facebook.